Is-Sindku Laburista tal-lokalità ta’ Ħal Qormi, Josef Masini Vento, ikkonferma li l-Kunsill Lokali ma kien informat bl-ebda mod rigward il-bini ta’ By-pass ġdida li ser tgħaddi mill-inħawi ta’ San Ġwakkin, f’Ħal Qormi.
Huwa saħaq, “il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi, kollu, ma kienx infurmat u għalhekk bħala kunsill ma kellna l-ebda opportunità li nqajmu l-punti li l-effetti tagħhom, hux biss ma humiex daqstant tajbin, iżda jafu jkunu diżastrużi.”
Is-Sindku insista li fid-dawl ta’ dan kollu l-Kunsill qiegħed jitlob l-informazzjoni kollha meħtieġa mingħand l-Awtoritajiet kompetenti bil-għan li r-residenti Qriema u l-ambjent tal-lokalità jiġi salvagwardjat.
Il-proġett mħejji minn Infrastructure Malta sar magħruf pubblikament nhar is-Sibt meta bdiewa Qriema ġew sforzati jipprovaw isalvaw l-art tagħhom.
//= $special ?>