Il-Gvern issa qed jgħid li l-Bord tal-Inkjesta Pubblika għandu jkompli bix-xogħol tiegħu. Dan wara li illum irċieva d-dikjarazzjoni tal-Imħallef Abigail Lofaro.
Fi stqarrija, il-Gvern qal li innota l-pożizzjoni li ġiet espressa miż-żewġ membri l-oħra tal-Bord kif ukoll mill-familja tad-defunta Daphne Caruana Galizia, u qal illi “hu tal-fehma li l-Bord tal-Inkjesta, kif kompost, għandu ilesti l-inkarigu lilu mogħti”.
//= $special ?>