Il-Gvern tar-Renju Unit immexxi mill-Prim Ministru Boris Johnson eskluda l li l-proċess ta’ Brexit ikun estiż sas-sena d-dieħla. Dan fost is-sejħiet biex il-proċess jittawwal minħabba l-kriżi tal-Covid-19 u l-istaġnar fit-taħditiet lejn ftehim kummerċjali bejn Londra u l-Unjoni Ewropea wara sena ta’ tranżizzjoni.
Il-Kap tal-SNP tal-Iskozja, Nicola Sturgeon, u s-Sindku ta’ Londra, Sadiq Kahn, huma fost l-uffiċjali li sejħu biex iż-żmien tat-tranżizzjoni għal Brexit imur ‘il hinn mill-31 ta’ Diċembru. It-taħditiet qed ikomplu fi Brussell u fadal għaxart ijiem sakemm ir-Renju Unit jinħall għal kollox mir-regoli tal-UE.
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru Britanniku f’Downing Street (Londra) qal li r-Renju Unit se jevalwa kull mezz bil-għan li jilħaq ftehim kummerċjali mal-Unjoni, iżda sostna wkoll li ‘iż-żmien, issa, qed jidher kontra tagħhom’. Dan meta r-Renju Unit se jkompli jfittex ‘triq ( lejn ftehim) li jirrispetta l-prinċipji tiegħu’.
Ir-Renju Unit ilu jsegwi r-regoli tal-UE mindu spiċċa minn membru tal-Unjoni fl-aħħar tal-2019. Intant, il-perjodu tat-tranżizzjoni jieqaf fil-31 ta’ Diċembru u fejn ir-Renju Unit itemm l-isħubija fl-unjoni doganali u s-suq intern tal-Unjoni.
//= $special ?>