Wasal f’pajjiżna l-ewwel bastiment li se tkun qed tuza il-kumpanija Ponte Ferries – kumpanija gdida li se toffri servizz ta’ fast ferry catamaran għal Sqallija mis-sajf li ġej. Is-servizz se jingħata permezz ta’ catamaran ta’ 96 metru u li ghandu veloċita qawwija. Dan se jkun jista’ jġorr kemm passiġġieri, kif ukoll vetturi u merkanzija.
Is-servizz se jopera kuljum bejn Malta u Augusta, daqs tletin minuta bogħod minn Catania, u se jkun qed joffri alternattiva u kompetizzjoni bħala t-tieni operatur f’dan is-suq.
L-HMS Artemis dahal fil-Port il-Kbir it-Tnejn filghodu, fejn se jkun qed isirlu xogħol ta’ tisbieħ kif ukoll ta’ titjib fis-sistemi teknoloġiċi u fil-faċilitajiet tieghu. Il-vapur mistenni jkollu club class lounge fost faċilitajiet oħra.
L-Artemis, li huwa rreġistrat Malta u huwa konformi mar-regoli internazzjonali għas-sigurtà u n-navigazzjoni, għandu jkun lest biex jibda jopera fis-sajf.
Ponte Ferries huwa proġett bejn Magro Brothers Investments Ltd u Merill Invest Ltd tal-aħwa Michael u Julian Zammit Tabona kif ukoll tan-negozjanti Mario u Fabio Muscat.
Il-catamaran jesa’ 717-il passiġier u 245 karozza…. jew 15-il trailer u 180 karozza.
//= $special ?>