L-Awtorità Ewropea tal-Mediċini għadha kemm aprovat l-użu tal-vaċċin tal-Pfizer ghal kontra l-Covid-19. L-esperti tal-EMA għarblu sew id-dokumenti marbuta mat-tilqima, fosthom l-effettività taghha u r-riżultati li ħalliet waqt il-provi.
Issa li kien approvat dan il-vaċċin, il-Kummissjoni Ewropea mistennija tapprova l-bejgħ tat-tilqima għall-COVID-19 fi ftit ħin biex huwa stmat li minnufih l-istati membri, inkluż Malta, jibdew jaslulhom l-ewwel kunsinji tal-vaċċin.
Is-27 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea fosthom Malta jistgħu jibdew jitlaqqmu minn din il-ġimgħa stess.
Net News hu infurmat li f’pajjizna l-ewwel persuni se jibdew jitlaqqmu minn nhar il-Ħadd li ġej.
//= $special ?>