“L-inkompetenza tal-Gvern tpoġġina f’riskju”.
Hekk kiteb il-Kap tal-Partit Nazzjonalist Bernard Grech f’post fuq Facebook hekk kif il-Gvern biddel il-pożizzjoni tiegħu fi ftit ħin dwar it-titjiriert mir-Renju Unit fid-dawl tal-isplużjoni ta’ każi ta’ Covid-19 li reġa’ hemm fil-pajjiż.

Grech kiteb li fi ftit sigħat il-Gvern bidel il-pożizzjoni tiegħu meta l-ewwel qal li se jimplimenta kwarantina mandatorja fuq min ikun ġej mill-Ingilterra u ftit wara ssospenda t-titjiriet minn u lejn l-Ingilterra minn għada.
Hu kompla jgħid li dan seħħ wara kritika li saret mill-Partit Nazzjonalista u minn oħrajn li l-miżuri mħabbra ma kinux biżżejjed biex jilqgħu għal dan ir-riskju ġdid.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li anke wara d-deċiżjoni tal-Gvern jibqa’ numru ta’ mistoqsijiet fosthom għalfejn din is-sospensjoni se tidħol fis-seħħ minn għada kif ukoll għalfejn is-sospensjoni tat-titjiriet ma tapplikax ukoll għal pajjiżi oħrajn fejn fihom ġie identifikat il-varjant il-ġdid tal-virus.Fejn tidħol is-saħħa għandna bżonn direzzjoni ċara u deċiżjonijiet f’waqthom.
//= $special ?>