Raġel ta’ 31 sena mill-Belt Valletta ġie mixli quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri li aktar kmieni dan ix-xahar huwa seraq żewġ karozzi minn Raħal Ġdid, waħda matul il-lejl u l-oħra wara nofs inhar. Kersten Camilleri ġie mixli wkoll li kiser diversi kundizzjonijiet tal-Qorti fuq każi oħra u li sar reċidiv.
Fil-Qorti ħareġ li kien hemm rapporti li kienu insterqu żewġ vannijiet. Kien hemm ukoll filmati mis-CCTV cameras li kkonservaw ix-xena tarreat. Saret ukoll tfittxija għall-ħwejjeg li deheru fil footage. Iż-żewg vetturi instabu izda fuqhom kellhom ħsarat konsiderevoli – kemm gewwa kif ukoll fuq in-naħa ta’ ġewwa ta’ waħda mill-vetturi li kien fiha il-ħsarat.
Id-difża preseduta mill-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest bil-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Sarah Zerafa tgħid li Camilleri ma riedx jiftħilhom meta marru għalih, u li spiċċaw jużaw il-forza biex huwa finalment jiftaħ.
Il-Prosekuzzjoni qalet ukoll li dan kien fuq żewġ ‘bails’ u li dan l-aħħar kien qed jonqos mill-jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija u għandu wkoll ksur ta’ probation. Hemm ukoll xhieda pajżana li għad baqalhom jixhdu f’dawn il-proċeduri. Fid-dawl ta’ kollu l-Qorti qalet li minħabba nuqqas ta’ affidabbilità tal-akkużat huwa għandu jibqa’ miżmum taħt arrest preventiv.
//= $special ?>