Mara mir-Rumanija residenti s-Swieqi kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku.
Il-każ seħħ fi Triq Aldo Moro fil-Marsa, għall-ħabta tas-14.30 tat-Tnejn waranofsinhar meta għal xi raġuni mhux magħrufa s-sewwieqa ta’ 42 sena tilfet il-kontroll tal-vettura bil-konsegenza li l-karozza nqalbet.
Fil-post ġew msejħa minnufih membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-mara l-isptar għal aktar kura fejn ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.
