Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie organiżżat il-FISTF International Open & Grand Prix of Malta 2020. Kien tmiem il-ġimgħa ta’ suċċess għal Valletta Subbuteo Club kemm fil-kompetizzjonijiet individwali kif ukoll fil-kompetizzjonit tat-timijiet.
Is-Sibt kien hemm il-kompetizzjonijiet individwali tal-International Open, fejn fil-kategorija tal-Veterani kellna lil Mario Camilleri li wasal sal-finali u sfortunatament tilef kontra Jason Pisani 1-0. Fil-kategorija ‘Open’ Mark Gauci tilef is-semifinali kontra Samuel Bartolo 4-3 b’sudden death. Kien l-istess Samuel Bartolo li rebaħ din il-kategorija Open meta rebaħ lil Jamie Bonnici 3-2 b’sudden death.
Wara ingħata bidu għall-kompetizzjonijiet tal-Grand Prix tat-timijiet fejn Valletta Subbuteo Club kellhom żewġ logħbiet. Valletta Subbuteo Club rebħu lil Bormla SC 1-0 u lil H’Attard SC 4-0.
Il-Ħadd filgħodu Valletta Subbuteo Club ikkonfermaw ir-rebħa ta’ dan il-Grand Prix turnament, meta rebħu kontra Valletta Lions TFC 3-0. Din kienet il-15-il Grand Prix li rebħu. It-tim ta’ Valletta Subbuteo Club kien iffurmat mill-kaptan Samuel Bartolo, Derek Conti, Mario Camilleri, Mark Gauci, Joseph Borg Bonaci u Angelo Borg.
Wara kien hemm il-kompetizzjonijiet individwali tal-Grand Prix fejn Mark Gauci reġa wasal sas-semifinali fejn tilef 2-1 kontra Charlie Aquilina. Samuel Bartolo irnexxielu jagħmel id-double, meta rebaħ lil Charlie Aquilina 2-1.
Għalkemm kienet sena ta’ sfidi u difficli Valletta Subbuteo Club xorta rnexxielhom jkollom staġun tajjeb, fejn iktar kmieni din is-sena rebħu Major Tournament fil-Belgjum, rebħu kampjonat ta’ Malta u Knock Out u issa reġa kien hemm dan is-suċċessi!
//= $special ?>