Ilbieraħ fi tmiem il-partita bejn Lorient u Rennes mil-Ligue 1 ta’ Franza seħħ inċident sfortunat li ħalla vittma ta’ 38 sena.
Dan wara li fi tmiem il-partita inħarġu d-dwal li jintużaw matul il-lejl biex jgħinu l-ħaxix tal-grawnd b’konsegwenza li waħda minn dawn id-dwal kbar waqgħat fuq wieħed mill-persuni li jieħdu ħsieb il-grawnd. Immedjatamet ir-raġel ittieħed l-isptar fejn ġie ċċertifikat mejjet ftit minuti wara.
//= $special ?>