Lokali

WARA LI NQABAD MINN NET NEWS: Il-Gvern jikkonferma li l-wegħda tal-ġurnata leave kienet biss duħħan

Il-Gvern fi stqarrija kkonferma li fis-sena 2021, il-ħaddiema se jieħdu ġurnata leave għal kull btala li taħbat bħala festa fi tmiem il-ġimgħa. Dan ifisser li wara ġimgħat sħaħ jaħrab il-verità, il-Gvern spiċċa kellu jikkonferma l-aħbar li żvela Net News ġimgħat ilu.

Kien ftit tal-jiem wara l-Budget li dan is-sit kixef il-qerq tal-Gvern dwar il-famuża ġurnata leave – ġurnata żejda li mhux se tkun qed tingħata, kuntrarju għal dak li wiegħed il-Gvern ta’ Robert Abela.

Il-Ministru kien ċar ħafna fil-Budget fejn stqarr li “matul l-2021 se tkun qed tiżdied ġurnata oħra leave biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-familji”. Iżda issa naf li dan ma kienet xejn għajr gidba sfaċċata mill-Gvern, bħala parti mill-propaganda tiegħu.