Il-kumpilazzjoni dwar sejba kbira ta’ droga f’Raħal Ġdid
Meta quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri bdiet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ żewġt irġiel mixlijin bi trafffikar ta’ droga kokaina li taqbeż il-ħames kili, wieħed mill-akkużati, Melvin Debono ta’ 29 sena minn Raħal Ġdid kien ħareġ bil-libertà proviżorja fl-1 ta’ Diċembru li għadda wara li kien ġie mixli li l-Ħadd, 11 ta’ Ottubru huwa kien spara żewġ tiri fuq l-eks tfajla tiegħu fl-Isla.
Mix-xhieda tal-Prosekuzzjoni ħareġ li l-akkużat l-ieħor Dean Martin ta’ 40 sena, residenti l-Ħamrun qal lill-Pulizija li d-droga kienet ta’ Melvin Debono u li kien iżommielu fil-garaxxa ta’ missieru fil-Marsa. Fir-rejd tal-Pulizija minbarra droga nstabu ammonti kbar ta’ flus, deheb u ġojjelerija.
Waqt l-interogazzjoni huwa qal li Debono kien jagħtih €200 kull darba li kien jitolbu biex jgħaddielu konsenja filwaqt li xjenzat espert li tqabbad mill-Qorti qal li b’kollox instabu madwar 5.5 kilogrammi kokaina.
L-Avukat Franco Debono li flimkien mal-Avukat Marion Camilleri qed jidher għal Melvin Debono staqsa lill-Prosekuzzjoni fuq il-prova dwar id-droga u x’xip ta’ konnessjoni fuq id-droga għandu l-klijent tiegħu, bit-tweġiba tkun li l-prova hija dak li qalilhom Martin.
L-Ispetturi li mexxew il-każ qalu li kellhom informazzjoni li l-akkużati kienu qegħdin jinvolvu ruħhom f’operazzjoni ta’ droga u wara diversi ġimgħat t’osservazzjon, il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d Droga assistiti mill-Pulizija tal-iSpecial Intervention Unit (SIU) u tar-Rapid Intervention Unit (RIU), wettqu operazzjoni kontra t-traffikar tad-droga fi Triq Melita, Raħal Ġdid.
Mill-informazzjoni li kellhom din l-operazzjoni kellha ssir il-Ġimgħa li għadda imma ġiet posposta minħaba l-ammont kbir ta’ traffiku li kienu hemm lejn in-naħa t’isfel ta’ Malta biż-żewġ akkużati jiftehmu li jiltaqgħu s-Sibt filgħodu.
Il-Pulizija marru fil-Ħamrun fejn hemmhekk nhar is-Sibt filgħodu marru fejn ir-residenza ta’ Martin fejn segwewh ħiereġ u jibqa’ sejjer lejn Triq il-Qaddiefa fil-Marsa. Hemm daħal f’binja fejn hemm ħafna garaxxijiet u fetaħ il-kanċell u wara ftit deher ipoġġi kaxxa tal-kartun fuq is-sit ta’ wara tal-karozza.
Minn hemm huwa saq lejn Raħal Ġdid fejn dahar diversi drabi mal-blokka ta’ fejn joqgħod Debono. Dan ħareġ biex jiltaqa’ ma’ Martin.Kien hawn li l-pulizija nterċettataw il-karozza misjuqa minn Martin li kien fil-preżenza ta’ Debono u arrestaw liż-żewġ persuni.
Minn tfittxija li saret fil-vettura u fuqhom, instabu madwar żewġ kilogrammi sustanza suspettata kokaina, ċwievet ta’ karozzi u iżjed minn €8,500 fi flus kontanti.
Il-ħidma tkompliet f’residenza fi Triq Melita u f’garaxx fi Triq Sant’Ubaldeska Raħal Ġdid, propjetà ta’ Debono. Fid-dar instabu sustanzi suspettati kokaina u ħaxixa, deheb u ġojjellerija, u €83,,000 fi flus kontanti, filwaqt li minn fil-garaxx, il-Pulizija kkonfiskaw Range Rover Sports u Mercedes E63, li l-valur tagħhom jammonta madwar €250,000.
Il-Pulizija għamlu wkoll tfittxija f’garaxx fi Triq il-Qaddiefa l-Marsa, propjetà tar-raġel ta’ Melvin Debono, u nstabu madwar 3.5 Kilogrammi ta’ sustanza suspetatta kokaina.
Ħareġ ukoll li fid-dar f’Raħal Ġdid fejn joqgħod Debono kien hemm safe moħbi wara xi ħaġa tal-plasitik u kien hemm ħafna flus fil-kamra tas-sodda. Debono ħa wkoll ir-resonsabbilità ta’ żewġ boroż b’sustanzi ħodor.
Debono qalilhom li jaħdem bħala ‘card dealer’ iżda mhux liċenzjat u fuq il-flus li kien jaqla’ ma jħallasx taxxi fuqhom. Fuq il-mobile ta’ Martin instab messaġġ dak inhar stessgħall-ħabta tat-8.15am. li jaqbel man-numru tal-mobile ta’ Debono. Ġie kkonfermat li l-messaġġ ma kienx wieħed suspettuż.
Lill-Pulizija Martin qalilhom li ma kienx jaf x’hemm fil-karozza u li l-baskett li nstab ma kienx tiegħu u ma kienx jaf bih u li kien ta’ Debono u li kien se jwasslu x’imkien. Qal lill-Pulizija li mhux l-ewwel darba li kien imur għalih u jeħodlu xi konsenja.
Dwar Martin meta ġie arrestata ried ikellem lill-Avukat Joe Giglio u għamel dan permezz ta’ telefonata. Irriżulta wkoll li fil-garaxx fil-Marsa klien hemm tliet kilos droga, Martin qal lill-Pulizija li kienu jċemplu lil xulxin bil-mobile. ta’ Debono ikollu l-isem ta’ power.
Ħareġ ukoll li fi Triq il-Qaddiefa Marsa, mit-tfittxija li saret fil-preżenza ta’ Martin, intlemaħ baskett li jintuża għall-ħwejjeġ sportivi, tliet pakketti kbar u tnejn iżgħar. Wara marru għandu l-Ħamtun u sabu 5,000 fi flus kontanti, li qalilhom li dan kien qed iżommhom għax irid jagħmel operazzjoni f’Belgrade.
Ftit qabel ma bdiet il-kumpilazzjoni l-Maġistrat Camilleri qal li kien daħal rikors ta’ Melvin Debono dwar il-libertà proviżorja u li hu nforma lill-Prosekuzzjoni, li fis-seduta li jmiss li se ssir fil-5 ta’ Jannar li ġej, għandhom jittellgħu 10 xhieda, fosthom dawn pajżana.
L-Avukat Franco Debono qal li huwa qed jaqbel perfettament ma’ dak li kienet qed tgħid il-Qorti dwar xhieda li għandhom jixhdu fis-seduta li jmiss u talab lill-Maġistrat Camilleri biex jiddeċiedi wara li jkunu taw id-depożizzjoni tagħhom ix-xhieda fis-seduta li jmiss.
L-Ispetturi Mark Anthony Mercieca, Steven Ryan Micallef u Omar Caruana qed imexxu l-Prosekuzzjoni filwaqt li l-Avukati Joe Giglio u Roberta Bonello qegħdin jidhru għal Martin filwaqt li l-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri qed jidhru għal Debono.
//= $special ?>