Lokali

Bi ġrieħi serji wara inċident fin-Nadur

Mara ta’ 39 sena li toqgħod in-Nadur, Għawdex, kellha tittieħed b’emerġenza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu , il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn lassistenza fi Triq it-Tiġrija, in-Nadur.

Il-Pulizija tad-distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-mara żelqet waqt li kienet tiela’ il-bankina.
Hi ttieħdet l-isptar permezz t’ambulanza u ġiet iċċertifikata li għandha ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Brigette Sultana LL.D li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin u qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.