Il-fatalitajiet f’pajjiżna kawża tal-COVID ikompli jiżdiedu hekk kif fl-aħħar sigħat tilfu ħajjithom 2 persuni oħra, bit-total ta’ vittmi issa jlaħħaq il-196.
Fl-ewwel każ anzjana ta’ 82 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-15 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ anzjana ta’ 85 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-16 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Intant, fl-aħħar sigħat tħabbru 108 każi pożittivi ġodda għall-COVID-19. Dan filwaqt li fiequ 46 persuna oħra minn dan il-virus.
Mill-każijiet li tħabbru lbieraħ, 21 persuna ħadu dan il-virus wara li kellhom kuntatt ma’ qraba, għaxra ħaduh minn fuq il-post tax-xogħol, disa’ persuni kellhom kuntatt dirett ma’ każ pożittivi, filwat li ħames persuna rriżultaw pożittivi wara li attendew għal attivita soċjali. Il-bqija tal-każi kienu sporadiċi.