Fiorentina kisbu rebħa ta’ 3-0 fl-Allianz Stadium kontra Juventus. DUSAN VLAHOVIC għamilhom 1-0 wara biss tliet minuti. Juventus sfaw jilgħabu b’għaxar plejers wara 18-il minut meta tkeċċa Juan Cuadrado. Awto-gowl ta’ ALEX SANDRO kwarta mit-tmiem aċċerta mit-tliet punti għal Viola biex l-eks tal-partita MARTIN CACERES skorja t-tielet gowl għat-tim ta’ Cesare Prandelli. Din it-telfa għal Juventus wasslet ftit siegħat biss wara li l-CONI laqa’ l-appell ta’ Napoli dwar il-partita li kellha tintlagħab fl-4 ta’ Ottubru.
F’partita oħra, Crotone kisbu rebħa importanti kontra Parma. JUNIOR MESSAIS fetaħ l-iskor għal Crotone wara 24 minuta bl-istess plejer jirdoppja minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima. JURAJ KUCKA naqqas l-iskor għal Parma fis-57 minuta.
SERIE A
Illum: Crotone v Parma 2-1, Juventus v Fiorentina 0-3 Għada: Verona v Inter 6.30pm, Milan v Lazio 8.45pm, Bologna v Atalanta 8.45pm, Roma v Cagliari 8.45pm, Napoli v Torino 8.45pm, Sampdoria v Sassuolo 8.45pm, Spezia v Genoa 8.45pm, Udinese v Benevento 8.45pm
//= $special ?>