Birkirkara……………………………………5
Floriana………………………………………2
Birkirkara: S. Guarnone, C. Attard, O. Carniello, F. Falcone, R. Mbu-Alidor (C. Bonanni 50’), L. Montebello, E. Pepe, Y. Yannick, P. Mbong, A. Paixo, R. Briffa
Floriana: E. Akpan, B. Muhamadou, E. Ruiz, K. Keqi (J. Busuttil 63’), J. Ulises Arias, D. Paiber (S. Arab 84’), J. Pisani, N. Garcia, A. Cini, F. Cheveresan, T. Fonseca
Referee: M. De Gabriele
Assistenti Referees: E. Spiteri, L. Portelli
Birkirkara għelbu liċ-champions Floriana 5-2, f’partita li ġiet irkuprata mill-perjodu li Birkirkara kienu fi kwarantina u b’hekk komplew jersqu aktar viċin it-timijiet li jinsabu fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika. Floriana fetħu l- iskor wara 11- il minuta logħob meta min cross minn fuq ix- xellug kien FLAVIO CHEVERESAN li għola fuq kulħadd u b’ daqqa ta’ ras tajba għeleb lil Guarnone ghal 1-0.
Birkirkara ġabu id- draw fit-33 minuta meta il-cross ta’ Cain Attard ħoloq indecizjoni fil-kaxxa Furjaniza, b’ PAUL MBONG jirreagixxi qabel kulħadd u tefa’ ġewwa mill-viċin, biex għamel l- iskor 1-1. Ftit minuti wara Birkirkara dawru ir- riżultat favurihom permezz ta’ xutt b’ saħħtu mid- distanza ta’ ALEX DE PAIXAO.
Fit- tieni taqsima Birkirkara komplew fejn ħallew fl-ewwel taqsima u fis-70 minuta ir- referee De Gabriele ordna penalty għall-istripes wara li Alex de Paixao twaqqa’ fil-kaxxa minn Jurgen Pisani. Mill-ħdax il-metru ALEX DE PAIXAO ma żbaljax, biex għamilhom 3-1 għal Birkirkara.
Birkirkara komplew ikabbru l-iskor fl-74 minuta, meta fuq pass ta Yannick Yankam, kien LUKE MONTEBELLO li skorja ir- raba’ gowl għal Birkirkara. Birkirkara baqghħ jiddomniaw il-partita u fid-79 minuta minn free-kick ta’ Briffa, Carniello ra id- daqqa ta’ ras tiegħu tgħaddi għoli.
Floriana naqqsu l-iskor fit-82 minuta meta min corner ta’ Arias id- difiża ta’ Birkirkara naqset milli tneħħi il-periklu, b’ENZO RUIZ japprofitta u jixħet ġewwa għal 4-2. Birkikara għamluwhom ħamsa fid-90 minuta permezz ta’ LUKE MONTEBELLO, li b’hekk skorja t-tieni gowl personali. B’ hekk Birkirkara komplew bil-mixja pożittiva li kienu għaddejin minnha u żiedu l-pressjoni fuq it-tim ta’ Floriana, li għalihom din kienet it-tielet telfa fl- aħħar erba’ partiti.
//= $special ?>