Futbol Sport

Il-CONI jiddeċiedi favur Napoli

Il-CONI aċċetta l-appell ta’ Napoli fil-konfront tal-partita kontra Juventus fejn Napoli ma kienux lagħbu din il-partita minħabba s-sitwazzjoni tal-coronavirus fl-4 ta’ Ottrubru u ddeċidiet li din il-partita għandha terġa tintlagħab.

Juventus kienu ngħataw rebħa ta’ 3-0 u Napoli kellhom punt imnaqaas b’konsegwenza ta’ dan mill-FIGC. Aktar kmieni waranofsinhar, il-CONI rrevoka din id-deċiżjoni u b’hekk il-partita se tkun qed terġa tintlagħab.

Napoli ma kienux tħallew jivjaġġaw għall-partita kontra Juvnetus li kellha tintlagħab f’Turin mill-Azjenda Sanitarja ta’ Campania wara li Napoli kellhom żewġ plejers u membru tat-tim tekniku pożittivi għall-coronavirus. Napoli kienu appellaw ukoll quddiem il-Qorti Federali tal-Appell dwar id-deċżjoni tal-FIGC, b’liema apell kien miċħud.