Fi stqarrija konġunta tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nafragu, Tal-Belt Valletta u tal-Għaqda tal-Pawlini dwar il-festa ta’ San Pawl Nawfragu 2021, intqal li wara tqisu ċ-ċirkustanzi kollha tas-sitwazzjoni preżenti, u wara li saret konsultazzjoni mal-awtorità ekkleżjastika, ġie mgħarraf li l-festa tas-sena 2021 ser issir fi skala iżgħar missoltu.
Dan qegħdin isir sabix jiġu segwiti b’responsabbiltà d-direttivi tal-ħarsien tal-ħajja u tas-saħħa maħruġa mill-Kurja tal-Arċisqof b’rispons għall-pandemija Covid-19.
Għaldaqstant, il-Festa ta’ San Pawl se tkun iċċelebrata bi preparazzjoni spiritwali fil-knisja, u bil-Pontifikal li se jsir fl-10 ta’ Frar 2021 fid-9.30 a.m., ippresedut mill-Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna, bil-preżenza tal-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, u mxandar fuq it-televiżjoni. Il-mużika din is-sena, se tkun taħt id-direzzjoni tal-Maestro di Cappella ġdid, Mro Hermann Farrugia Frantz.
L-Għaqda tal-Pawlini se tkun responsabbli biex tarma u żżejjen l-inħawi madwar il-knisja, u se torganizza attivitajiet fil-Barrakka ta’ Isfel fid-9 ta’ Frar, u Taħt il-Qanpiena nhar l-10 ta’ Frar filgħaxija, bil-miżuri kollha ta’ ħarsien tas-saħħa hekk kif mitluba mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Is-sehem tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette ser janima l-festa fil-qafas tal-programm ta’ din is-sena.
Il-pellegrinaġġ bil-vara maestuża ta’ San Pawl ser ikun differit għall-Ħadd 5 ta’ Settembru 2021.
//= $special ?>