Huma 40 il-haddiema tal-MaltaAir illi mill-1 ta’ Jannar se jkunu tilfu hobzhom – 40 cabin crew li spiccaw issensjati wara li fallew it-tahdidiet li kienu ghaddejin mal-GWU.
Fi stqarrija, il-MaltaAir….li hi sussidjarja tar-Ryanair fi shubija mal-Gvern Malti….ikkonfermat li l-haddiema hadu l-ahbar tat-tkeccija ezatt fi zmien il-Milied meta falla il-ftehim ta’ emergenza li l-GWU kienet qed tahdem fuqu. Dan sehh il-gimgha li ghaddiet.
Il-ftehim ta’ emergenza kien jahseb ghal pagi aktar modesti ghall-cabin crew, u garanzija ta’ paga li kellha tigi riveduta fi zmien 3 snin.
Bhalissa, il-linja tal-ajru MaltaAir qed jirnexxiela timla biss 10% tal-postijiet fuq l-ajruplani taghha. Ryanair qed tinsisti li din is-sitwazzjoni mhix wahda sostenibbli….meta sa issa inzammu l-haddiema kollha.
Kien ghalhekk illi gie deciz li mill-1 ta’ jannar jitkeccew 40 cabin crew li kienu jahdmu mal-Malta Air.
Dwar dawn is-sensji, il-Gvern ma qal assulutament xejn.
Malta Air kienet twieldet f’Gunju tas-sena li ghaddiet – u anke f’dan il-kaz, kien progett xprunat mill-eks Ministru Konrad Mizzi.
Minn naħa tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista permezz ta’ post fuq Facebook wera solidarjeta’ mal-40 ħaddiem tal-Malta Air u mal-familji tagħhom li propju fi żmien il-festi spiċċaw bla xogħol.
Huwa appella lill-Gvern biex jimmobilizza l-għajnuna kollha li jista’ joffri lil dawn il-ħaddiema.