Il-presuna li jmexxi d-Dipartiment tat-Taxxa illum kien imsejjaħ mill-Pulizija f’Santa Venera għal interrogazzjoni b’rabta ma’ chats li kellu man-negozjant Yorgen Fenech.
Marvin Gaerty, il-Kummissarju tat-Taxxi Interni, ikkonferma li ġie imsejjaħ mill-Pulizija fis-Sezzjoni tar-Reati Ekonomiċi iżda qal li l-komunikazzjoni li kien hemm bejnu u Fenech “kienet normali ħafna; xejn kbir”.
Din mhix l-ewwel darba li Marvin Gaerty issejjaħ mill-Pulizija għal interrogazzjoni.
Mhux eskluż li l-Pulizija wettqu wkoll tfittxijiet fil-binja tad-Dipartiment tat-Taxxa fil-Floriana.
//= $special ?>