Ikompli l-istaġun negattiv ta’ Arsenal hekk kif fl-Emirates Stadium sfaw megħluba 4-1 minn Manchester City fil-kwartifinali tal-Carabao Cup. B’din ir-rebħa b’hekk it-tim ta’ Pep Guardiola resaq pass ieħor eqreb li jirbaħ din il-kompetizzjoni għar-raba’ darba konsekuttiva.
GABRIEL JESUS fetaħ l-iskor għal City kmieni fil-partita, b’ALEXANDRE LACAZETTE iġib l-iskor indaqs għal Arsenal f’nofs l-ewwel taqsima. Manchester City ħarġu fuq l-offensiva fit-tieni taqsima u għamluhom 2-1 permezz ta’ RIYAD MAHREZ, biex ftit tal-minuti wara PHIL FODEN skorja t-tielet gowl għat-tim ta’ Pep Guardiola. AYMERIC LAPORTE għamel l-iskor 4-1 fit-73 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras.
Intant fil-kwartifinali l-oħra li kellna llum, it-tim miċ-Championship Brentford elimina lit-tim mill-Premier League Newcastle b’rebħa ta’ 1-0. Il-gowl deċiżiv kien skorjat fis-66 minuta permezz ta’ JOSHUA DASILVA.
CARABAO CUP
Kwartifinali: Illum: Brentford v Newcastle 1-3, Arsenal v Man City 1-4 Għada: Stoke v Tottenham 6.30pm, Everton v Man Utd 9.00pm
//= $special ?>