Futbol Sport

Punt kull wieħed għal Sirens u Mosta

(Ritratt: Stephen Gatt/ MFA)

Sirens……………………..2

Mosta………………………2

Sirens: M. Montfort, O. Wellington, A. Sergio, M. Mifsud (A. Bustos 65′), W. Domoraud, J. Walker, A. Borg, S. Tounkara, R. Scicluna, T. Agius (R. Grech 36′), P. Espindola

Mosta: C. Mafoumbi, J. Bezzina, C. Ememe, C. Failla, G. Sciberras, T. Farrugia, R. Morisco, M. Muchardi, B. Kaljevic, K. Tulimieri, J. Rodriguez

Referee: P. Farrugia

Assistenti referees: A. Camilleri, T. Debono

Mosta u Sirens temmew fi draw ta’ 2-2. Dan kien is-sitt riżultati konsekuttiv pożittiv għal Mosta filwaqt li għal Sirens li kienu ġejjin minn żewġ rebħiet konsekuttivi kien it-tielet riżultat pożittiv.

Kienu Sirens li fetħu l-iskor wara 38 minuta permezz ta’ WILFRED DOMORAUD. Tliet minuti wara Mosta ġabu d-draw permezz ta’ RAFAEL MORISCO, biex ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima, Mosta marru fil-vantaġġ b’gowl ta’ CHRIST EMEME.

Fit-tieni taqsima, Sirens ħarġu mill-ewwel fuq l-offensive u ġabu d-draw mal-50 minuta logħob permezz ta’ OLIVEIRA WELLINGTON biex b’hekk l-partita ntemmet 2-2. B’dan id-draw Mosta telgħu fir-raba’ post bi 23 punt filwaqt li Sirens baqgħu fil-ħdax -il post b’16 -il punt.