Lokali

Sa Settembru n-nies bla xogħol telgħu għal 12,589

Stħarriġ li ġie ppublikat mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juri li l-ammont ta’ nies bla xogħol sa Settembru ta’ din is-sena kienu jammontaw għal 12,589.

Dan ifisser żieda ta’ ftit inqas minn 3,000 persuna bla xogħol meta kkumparat mal-istess perjodu – Lulju sa Settembru – tas-sena 2019.

L-aħħar stħarriġ juri wkoll li l-persuni mingħajr xogħol f’pajjiżna żdiedu mill-aħħar numri li kienu ppublikati mill-NSO sa’ Ġunju 2020. Dan meta sa’ Ġunju, in-nies mingħajr impjieg f’Malta u f’Għawdex kienu jammontaw għal 12,031. Dan ifisser żieda ta’ 558 persuna li tilfu xogħolhom fl-aħħar tliet xhur.