“Ma kontx naf li se jsir dan il-proġett.”
Din kienet l-ewwel reazzjoni tal-Ministru Silvio Schembri meta kien affaċjat bil-mistoqsijiet ta’ Net News dwar jekk kienx infurmat dwar il-proġett kontroversjali tal-bypass ta’ Ħal Qormi – proġett li qed jiġbed kritika kbira mill-bdiewa u r-residenti fiz-zona.
… dan meta Silvio Schembri huwa wkoll Deputat li tela’ fuq is-sitt distrett; distrett li jikludi fih il-lokalità ta’ Ħal Qormi.
Filwaqt li l-Ministru Schembri qed jgħid li ma kien jaf b’xejn, il-Ministru Ian Borg qed jallega li l-bdiewa ma rawx il-pjanti – xi ħaġa li diġà kienet miċħuda.
Bħalissa diversi residenti Qormin jinsabu rrabjati ferm għall-proġett minn Infrastructure Malta u li sar magħruf pubblikament nhar is-Sibt li għadda meta bdiewa Qriema semmghu leħinhom.
Min-naħa tagħha Marianna Calleja, li l-familja tagħha għandha l-għelieqi f’din iz-zona, saħqet li dan huwa wieħed mill-ftit pulmuni li fadal f’din il-lokalita. B’dan il-proġett se tittieħed madwar 20 tomna ta’ għelieqi biex tiżdied korsija li se twassal għall-flyover.
//= $special ?>