Lokali

Theżżiża qawwija fi Sqallija tinħass anke f’Malta

Terremot li kejjel 4.8 fuq l-iskala Richter u li l-epiċentru tiegħu kien fi Sqallija, inħass anke f’Malta għall-ħabta tad-9.30 ta’ filgħaxija.

It-terremot inħass f’diversi lokalitajiet madwar Malta, iżda mhux f’kull żona ta’ pajjiżna. Jidher li din it-theżżiża hija marbuta ma’ attività vulkanika mill-Etna.

Terremot seħħ qrib Ragusano wara li matul il-ġurnata l-Etna żbroffa għal diversi drabi fost xita ta’ lava li ksiet partijiet minn Sqallija b’duħħan u nugrufun.

Fl-Italja diġa’ bdew ħerġin rapporti ta’ biża’ u paniku f’Katanja, Palermo, Sirakuża, Messina, u Raguża. Dan hekk kif it-theżżiża heżżet lil Sqallija kollha, fost ħsarat kawża tat-terremot.

Fl-aħħar xhur, pajjiżna kien ħass theżżiża oħra, liema theżżiża kienet waħda ferm iktar b’saħħitha.