Lokali

Tifel ta’ 14-il sena l-isptar wara li ttajjar minn vettura f’Ħaż-Żabbar

Għall-ħabta tal-12.15, tifel ta’ 14-il sena ttajjar minn vettura tat-tip Isuzu misjuqa minn Taljan ta’ 46 sena residenti Wied il-Għajn

Jidher li t-tifel ingħata l-ewwel għajnuna minn tabib li kien fi spiżerija filwaqt li minnufih issejħet ambulanza li ħadet lit-tifel l-isptar.

Il-kundizzjoni tat-tifel għadha mhux magħrufa.