Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud filwaqt li kkundannat Senegaliż xahar detenzjoni u ordnat biex raġel ta’ 30 sena mis-Senegal jintbagħat lura l-Italja wara li nstab ħati li għex ħajja ta’ vagabondaġġ. Huwa iżda ma nstabx ħati li ta’ attentat ta’ serq.
Il-Qorti qalet li Mamadou Diong, imwieled f’Nioro Du Rip jista’ jintbagħat issa lura minn fejn ġie, l-Italja, peress li għandu karta ta’ identità Taljana, u peress li huwa diġa’ skonta x-xahar ħabs peress li kien arrestat fuq dawn il-proċeduri.
Diong ma nstabx ħati li fit-23 ta’ Settembru li għadda fid-9.00pm. fi Triq Dragunara, San Ġiljan bl-intenzjoni li jitwettaq reat ta ’serq għad-dannu ta’ Abdulrahman Mustafa Elhasuni, residenti Tas-Sliema, liema serqa skont il-Prosekuzzjoni ma seħħitx b’konsegwenza ta’ xi kawża aċċidentali u indipendenti minn tiegħu.
Huwa nstab ħati iżda li għex ħajja ta’ vagabondaġġ meta ma kellux residenza fejn jgħix. Il-Qorti qalet lill-Prosekuzzjoni biex huwa jintbagħat l-Italja mill-aktar fis għax mhux vallapena li joqgħod jiġġerra fit-toroq Maltin.
F’dawn il-proċeduri l-Qorti semgħet seba’ xhieda fosthom l-allegat u li dawn lkoll qalu li Mustafa Elhasuni kien aġitat, u spiċċa mar ġewwa l-lukanda Golden Tulip Vivaldi jitlob l-għajnuna peress li kien hemm preżenti Mamadou Diong barra l-Lukanda jistenna barra, u sejjer warajh.
Filmati u ritratti tas-CCTV juru lil Elhasuni li daħal fil-lukanda Vivaldi b’mod aġitat u saħansitra kien qed iħares wara dahru, u meta marru fuq il-post il-Pulizija pponta lejn l-akkużat, li dejjem ċaħad l-akkużi miġjubin fil-konfront tiegħu. Fil-fatt prova konkreta li r-raġel mis-Sengal ipprova jisraq lil Elhasuni ma teżistiex.
“Mhux veru li qatt ma ppruvajt nisraq lil ħadd f’ħajti”, huwa qal. Meta mistoqsi “għandek bżonn iddisprat tal-flus u ppruvajt tisraq lil dan ir-raġel? Huwa wieġeb, “le li mhux veru. Jekk għandi bżonn il-flus ma mmurx għand dan ir-raġel biex nieħu l-flus.”
Qal li kien joqgħod Tas-Sliema, u li kieku ried jisraq lil xi ħadd, kellu bżonn imur it-triq kollha lejn San Ġiljan biex jagħmel hekk? Il-Qorti wara li rat l-evidenza kollha prodotta f’dan il-każ qalet li l-ewwel akkuża miġjuba kontra l-akkużat, dik ta’ attentat ta’ serq ma kinitx ippruvata u għalhekk ġie lliberat minnha.
Huwa nstab ħati tat-tieni akkuża u fuqha ġie kundannat għal xahar ta’ detenzjoni. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Matthew Grech.
//= $special ?>