Lokali

Bi ġrieħi gravi wara li waqgħet minn tieqa u ġiet f’bitħa

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija , il-Pulizija ġiet infurmata li weġġgħet persuna ġewwa residenza fi Triq l-Isqof F.S Caruana, l-Imsida.

Il-Pulizija marret fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta, li mara ta’ 26 sena waqgħet minn tieqa u ġiet ġo bitħa.

Fuq il-post ġiet imsejħa ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei u ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin