Fl-aħħar 24 siegħa, f’pajjiżna ġew irreġistrati 82 każ ġdid ta’ Covid-19 dan filwaqt li fiequ 132 persuna.
L-imwiet kawża tal-pandemija qabżu l-mitejn hekk kif fl-aħħar 24 siegħa mietu 5 persuni oħra – mara ta’ 66 sena li mietet fir-residenza tagħha, anzjana ta’ 82 sena fl-Isptar Mater Dei, raġel ta’ 66 sena f’San Vinċenz De Paule, anzjan ta’ 85 sena u anzjan ta’ 69 sena. In-numru ta’ fatalitajiet li kellna matul din l-aħħar ġimgħa huwa ta’ 18.
10 persuni bħalissa għadhom qed jingħataw il-Kura fl-ITU.
//= $special ?>