Il-Ministru Michael Falzon farfar fuq Robert Abela, u stqarr li mhux xogholu bhala Ministru li jahseb.
Hekk sostna meta mistoqsi minn Net News dwar jekk il-Gvern Laburista għandux jieħu deċiżjoni mmedjata dwar il-pożizzjoni tas-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar wara l-aħħar allegazzjonijiet irrapportati li Cutajar allegatament għamlitha ta’ sensara f’deal ta’ bejgħ ta’ proprjeta fejn fih kien involut in-negozjant Yorgen Fenech.
Mistoqsi jekk jaħsibx li l-Gvern għandu jimxi bl-istess riga ma’ Rosianne Cutjar, li biha mexa miegħu lura fl-2016 meta feġġ l-iskandlu ta’ Gaffarena u kien ġie mġiegħel jirreżenja mill-Prim Ministru, Michael Falzon xeħet il-ballun f’saqajn Robert Abela.
Dan kollu hekk kif qed jiġi rrapportat li Cutajar u persuna qrib tagħha rċevew madwar €100,000 bħala senserija fi ftehim dwar bejgħ ta’ proprjetà fl-Imdina, deal li fih kien involut in-negozjant Yorgen Fenech, akkużat bil-kompliċità fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Din il-proprjetà kienet ser tinxtara minn Fenech, sid il-kumpanija 17 Black għal aktar minn €3 miljun – madanakollu il-ftehim kien waqa’ bil-konsegwenza li spiċċaw jiġru wara d-Deputat Laburista Rosianne Cutajar biex tħallas lura €50,000 fi flus kontanti li kienet tħallset tas-senserija.
Filwaqt li Cutajar ma ċaħditx l-involviment tagħha f’dan il-bejgħ – il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, George Hyzler, ġie mitlub formalment sabiex jinvestiga dawn l-allegazzjonijiet – bil-Prim Ministru Abela għalissa jiddeċiedi li ma jiddeċidix.
//= $special ?>