Futbol Sport

Ħamrun jitilgħu fl-ewwel post tal-klassifika wara rebħa kbira kontra Tarxien

(Ritratt: Domenic Aquilina - MFA)

Ħamrun S……….5

Tarxien R………..0

Ħamrun S: E. Bartolo, D. Gojkovic, M. Guilaumier (70’ A. Cittadini), J. Mbong, J. Soares, F. Sasere, I. Adesina (77’ C. Galea), S. Valero, J. Corbalan (75’ C. Borg), P. Djordjevic (75’ D. Borg), M. Barbosa (75’ K. Micallef)

Tarxien R.: J. Borg, B. Muscat, E. Zarate, D. Falzon, V. Plut, J. Debono (86’ C. Zahra), V. Conceicao, E. Rosado, K. Gatt (73’ K. Pulo), M. Tabone, M. Gomez (80’ K. Attard)

Referee: E. Grech

Assistenti Referee: C. Francalanza, P. Apap

Imwissija: 52’ P. Djordjevic (Ħ)

Skorjaw: 7’ Barbosa (Ħ), 18’ Soares (Ħ), 68’ Soares (Ħ), 73’ Barbosa (Ħ), 77’ Sasere (Ħ)

Plejer tal-logħba: Ailton Jorge dos Santos Soares

Ħamrun Spartans telgħu fil-quċċata tal-klassifika flimkien ma’ Sliema Wanderers wara li għelbu faċilment lil Tarxien Rainbows 5-0 fis-Centenary Stadium. Din kienet ir-raba’ rebħa mill-aħħar ħames partiti għal Ħamrun biex komplew il-forma pożittiva ta’ dan l-istaġun, filwaqt li ilhom tmien logħbiet konsekuttivi ma jsofrux telfa. Dan filwaqt li Tarxien sofrew ir-raba’ telfa konsekuttiva, u jinsabu t-tielet mill-aħħar fil-klassifika.

L-iSpartans marru fil-vantaġġ kmieni fil-partita wara seba’ minuti meta MARCELO BARBOSA għeleb lil Jurgen Borg wara li rċieva kross tajjeb mingħand Ailton Jorge dos Santos Soares.

Għaxar minuti wara, u Ħamrun irdoppjaw il-vantaġġ. Wara li pass ta’ Joseph Mbong kien devjat, SOARES kien pront biex ħataf l’opportunità li kkonkluda tajjeb.

Fit-tieni taqsima kompla d-dominju ta’ Ħamrun, u fit-68 minuta għamluhom tlieta permezz tal-istess SOARES li għamel id-doppjetta personali.

Ħames minuti wara wasal it-tieni gowl ta’ BARBOSA f’pożizzjoni ideali wara li rċieva kross mingħand Blas Cittadini.

FRANKLIN SASERE għalaq il-partita bil-ħames gowl fis-77 minuta, meta minn kross ta’ Soares kien Mbong li b’daqqa ta’ ras laqat il-minduda, bil-ballun spiċċa għand Sasere li għeleb lil Borg mill-viċin.