Lokali

Ħoss għal Hospice – busking b’differenza Lejliet il-Milied

Il-mużiċisti li tradizzjonalment f’dawn il-jiem ta’ festi għal dawn l-aħħar sentejn kienu jiltaqgħu f’Lejliet il-Milied din is-sena ser ikunu qed jingħaqdu bil-għan li jinġabru fondi għal Hospice Malta.

Minflok ser ikunu qed jinġabru l-Belt Valletta, l-attività ser tkun qed issir onlajn kawża tal-pandemija u b’dan il-għan l-avveniment huwa mbassar li ser ikun jiġbed l-attenzjoni ta’ aktar nies.

Il-kantawtur Dav.Jr flimkien mal-pjanist Matthew Pellicano u s-Sassofonist Gabriel Agius Pascalides bdew din l-inizjattiva lura fl-2018 fejn inġabru l-flus għal Dar Hosea filwaqt li s-sena ta’ wara kienu nġabru l-flus għal Dar Merħba Bik.

Din id-darba, iddeċidew li jorganizzaw avveniment akbar fuq pjattaforma onlajn flimkien mal-kantanti Raquela, Lara Dimech u Karin Duff – bil-għan li jinġabru fondi għall-Hospice Malta.

Dav.Jr insista li minkejja s-sitwazzjoni xejn pjaċevoli tal-pandemija xorta waħda ħassew il-ħtieġa li jissoktaw b’din it-tradizzjoni b’mod partikolari din is-sena.

Dan kollu jista’ jiġi segwit mill-paġna ta’ Dav Jr minn 12pm bid-donazzjonijiet b’risq il-Hospice se jkunu qed jintlaqgħu permezz ta’ Revolut jew BOV Mobile Pay +356 99477863 , kif ukoll permezz tan-numru uffiċjali tad-donazzjonijiet tal-Hospice: 50619234 – €11.65.

Il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu akkumpanjati fil-kliem  “ħoss għal hospice