Oxxen.
Hekk iddeskriva l-proġett tal-flyover tal-Imsida il-president il-ġdid tal-Kamra tal-Periti Andrè Pizzuto li fuq Facebook ikkundanna bil-qawwi l-mod kif qed topera Infrastructure Malta

Pizzuto ittimbra l-proġett bħala wieħed li jmur direttament kontra l-prinċipju tal-ippjanar urban tajjeb hekk kif diġà bdiet it-sejħa għat-tenders meta l-applikazzjoni mal-awtorità tal-ippjanar għadha lanqas biss bdiet tiġi pproċessata…. inqas w’inqas bdiet il-konsultazzjoni mal-pubbliku – xi ħaġa li dejjem trid issir fi proġetti bħal dawn.
Il-kummenti ħarxa tal-kap tal-Kamra tal-Periti huma l-aħħar minn baraxx ta’ kritika li qed jaqla’ dan il-proġett u proġetti oħra infrastrutturali… fosthom ix-xogħolijiet fil-bypass tal-Imrieħel li permezz tagħha, il-Ministru Ian Borg se jkun qed jieħu art tal-bdiewa f’dak li qed jitqies bħala l-aħħar pulmun fir-raħal ta’ Ħal Qormi.
Esperti lokali fil-qasam tat-trasport u ppjanar ilhom jgħidu li l-użu tal-flyovers hija sistema antikwata ferm li pajjiżi oħra Ewropej qed iħottu u jreġġgħu lura… filwaqt li joħolqu sistemi ta’ trasport ferm aktar accettabli ambejntalment, u li jmorru lil hinn minn sistema li tikkoncentra kwazi kompletament fuq mezz wieħed tat-trasport.
//= $special ?>