Liam, Daniel u Dillon jinsabu lesti biex lejlet il-Milied iwasslu l-messaġġ ta’ dan il-lejl qaddis lill-parruċċani Żwieten, li se jżuru l-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katerina, dik antika ta’ San Girgor u l-Kappella tal-Madonna tal-Ħniena.
F’din is-sena tal-pandemija, fir-raħal taż-Żejtun, il-priedka tat-tifel għall-lejl tal-Milied hija f’idejn dawn it-tliet itfal ċkejknin.
It-tliet subien ilhom biss ftit tal-ġimgħat jistudjaw bir-reqqa l-kitba ta’ Fr Dillon Bugeja, hekk kif kollox kien għadu inċert sa ftit taż-żmien ilu.

Fr Dillon, il-Viċi fil-Knisja Arċipretali ta’ dan ir-raħal tkellem ma’ Net News dwar dan il-Milied fi żmien straordinarju, fejn qal li bħal ma għamlet fil-gwerra u fi żmien l-influenza Spanjola, il-messaġġ tat-tfal iġib tama għaż-żmien li ġej.

Minkejja dak kollu li għaddiet minnha d-dinja tul din is-sena, dawn iċ-ċkejknine jhuma lesti biex jgħaddu messaġġ ta’ tama lil dawk kollha li se jisimgħuhom.
//= $special ?>