Lokali Qorti

Il-Pulizija sabu t-tape mal-aperturi biex ir-riħa tal-vittma f’Santa Luċija ma toħroġx

Meta l-Pulizija marru fl-appartament ta’ Victor McKeon ta’ 62 sena f’Santa Lucia wara li wieħed mill-ġirien kien ċempel lill-Pulizija dwar riħa tinten li kienet ħierġa, huma sabu ħafna tape mal-aperturi biex ir-riħa ma toħroġx. Il-vittma sussegwentement nstab fil-kamra tal-banju f’boroż tal-plastik.

Dan ħareġ meta quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront tal-Libjan Samir Almiri ta’ 35 sena li jinsab mixli bil-qtil ta’ McKeon. Kif intemmet is-seduta l-Qorti ddikjarat li hemm biżżejjed provi biex Almiri jitqiegħed taħt att ta’ akkuża.

Ix-xhud prinċipali fil-kumpilazzjoni kien l-Ispettur Hubert Cini. Huwa qal li fis-17 ta’ Marzu li għadda kien irċieva telefonata mingħand ġar tal-vittma, li qalilhom li raġel li kien joqgħod fi flat ta’ taħtu f’Santa Lucia, kien ilu ma jarah u beda jissuspetta li ġralu xi ħaġa, u dan għaliex mill-post tiegħu kienet ħierġa riħa xejn pjaċevoli.

L-Ispettur Cini qal li kien bagħat Surġent fuq il-post li kkonferma li ħierġa riħa mill-appartament terran u li iżda ma kien jidher xejn ħlief bozza mixgħula li kien hemm. Sar kuntatt ma’ Lewis u Mario McKeon, li jiġu ħut il-vittma u dawn qulu li kienu ilhom ma jarawh.

Ix-xhud qal li hu ta ordni biex jidħlu fil-flat fejn nġibiet ukoll l-assitenza tal-Protezzjoni Ċivili. Ġiesgassat il-flat minn tieqa li tagħti għall-front garden tal-istess flat. Il-bieb ta’ barra msakkar u kien hemm ċavetta fis-serratura.

Tenna li kullimkien mitfi minbarra lampa u kien hemm fejn mal-aperturi kien hemm diversi tape imwaħħal. Kien hemm ukoll xi demm mal-bibien. Il-bieb kien imsakkar u ġie sgassat u hekk kif infetaħ bdiet ħierġa riħa tinten. Fil-kamra tal-banju nstab ġisem imgeżwer f’boroż bit-tape. Kien hemm ukoll titjir tad-demm mal-ħitan. Mill-ewwel deher li dan kien omiċidju.

L-Ispettur Cini qal li għamel kuntatt mas-Supretendent Keith Arnaud u mal-Maġistrat tal-Għassa. Wara mar fuq il-post u raha l-katavru imgeżwer fil-boroż tal-plastik. Ġie msejjaħ tabib taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid li ċċertifika l-persuna bla ħajja. Sa dak il-ħin il-Pulizija ma kellhomx il-konferma li kien Victor McKeon, il-vittma. Wara dan ġie identifikat minn ħutu.

Komplja jgħid li minħabba l-imxija tal-COVID 19 il-Pulizija tqassmu fejn hu baqa’ barra u l-oħrajn komplew għaddejjin bix-xogħol fuq ġewwa. Saru jafu li l-vittma kien jgħix ma’ Samir Almiri. Ippruvaw isibuh u saru jafu li kien siefer u bdew jaħdmu biex iġibuh lura għax is-suspett waqa’ fuqu.

Ix-xhud qal ukoll mill-cameras tas-CCTV  u minn persuna li għandha Confectionary fl-inħawi ħareġ li kien hem minn jaf li Almiri peress li ftit qabel kien jgħix mal-vittma. Saru jafu wkoll li mhux l-ewwel darba li l-vittma u l-akkużat kellhom xi battikbekki.

Xehed ukoll Konrad Galea, li joqgħod fejn Victor McKeon li qal li fil-blokka li joqgħod hu qegħdin tmienja. Tenna li fis-17 ta’ Marzu bdew ixommu riħa mhux tas-soltu u ssuspetta li kien ġara xi ħaġa lil Victor McKeon peress li mill-flat tiegħu bdiet ħierġa riħa. Dwar l-akkużat qal li ma jafx x’ismu, iżda jaf li kien jgħix miegħu. Ix-xhud għaraf lil Almiri fl-awla.

Qal li kienu hu kien ċempel lill-Pulizija u jidhirlu li Almiri kien ilu jgħix mal-vittma għal xi tlieta jew erba’ snin. Lill-vittma ġieli kellmu imma lill-akkużat le, iżda kienu jsellmu lil xuxlin.  Ma kienx jarahom ta’ spiss imma ġieli rahom ħerġin jixtru flimkien.

Il-ġar qal li ġieli semagħhom jilletikaw bil-kliem imma mhux li xi ħadd kien qed iweġġa’ jew jgħajjat ajma jew jokrob bl-uġiegħ Ġieli rahom fil-ġnien imma mhux minn fejn joqgħod hu, iżda meta kien imur jixtri għax għandhom xint baxx. 

Xehed ukoll Henry Fenech Azzopardi Direttur ta’ kumpanija tal-ivvjaġġar. Qal li l-akkużat kien xtara biljett tal-ajru mingħandu biex jaqbqad titjira minn Malta għal Casablanca. Il-biljett xtrah mill-aġenzija tiegħu, u dan inxtara fl-14 ta’ Marzu 2020. Il-biljet kien fuq titjira tal-Air Malta ‘one-way’.  

Xehed ukoll Jonathan Abdilla li jaħdem bħala Security Manager mal-Air Malta. Qal li s-Supretendent Arnaud kien talbu lista tal-passiġġieri f’Marzu u li l-akkużat kien mar il-Marokk fuq titjira KM724 għal Casablanca.

McKeon miet b’daqqa fir-ras wara li ġie fgat, Fis-16 ta’ Marzu, Almiri kien qabad titjira f’direzzjoni lejn il-Marokk imma kellu problemi ta’ immigrazzjoni hemmhekk u kellu jintbagħat lura Malta.  Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mis-Suprtetenent Keith Arnaud u Wayne Camilleri u-Avukat George Camilleri mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Għall-akkużat qegħdin jidhru l-Avukati Leontin Calleja u Joe Brincat.