Kenneth Vella
L-edizzjoni 2020 tat-Tazza tal-President għall-aqwa żwiemel tal-klassi Premier intrebħet minn Julio De Luxe u Rodney Gatt. Dan wara li t-Tlieta filgħaxija fil-korsa tal-Marsa saret il-finali ta’ dan il-kampjonat fuq distanza qasira ta’ 2140m u li għamlet parti mill-51 laqgħa tal-istaġun fuq għaxar tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott. Rodney Gatt kien l-aħjar sewwieq tas-serata b’ħames rebħiet.
Għaxar żwiemel ħadu sehem fil-finali Premier li din is-sena ġiet organizzata bl-għajnuna ta’ Universal Cement. Output Pressure (Clint Vassallo) kien l-aktar żiemel li beda b’saħħtu wara l-bidu uffiċjali u kien minnufih segwit minn Navaj Brodda (Charles Camilleri) u Joe Hoo Lee (Tony Demanuele). Madankollu 400m mit-tmiem beda jżid fil-ġiri fuq in-naħa ta’ barra Julio De Luxe (Rodney Gatt) li mar quddiem meta ż-żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali. Dan qasam il-linja finali l-ewwel faċilment bi tliet tulijiet minn Baltahazar Maza (Caillin Borg) u Eagle B Butcher (Jesmar Gafa’). Eurythmic Sisu (Kevin Sciberras) kellu wkoll wirja tajba meta temm fir-raba’ post minn Corky Ramirez (Paul Galea). Fi tmiem din il-finali, Edwin Borg, Chairman tal-Malta Racing Club ippremja lil Josef u Malvina Cassar u Rodney Gatt, is-sidien u s-sewwieq taż-żiemel rebbieħ. Għal Julio De Luxe din kienet it-tielet rebħa tas-sena.
Il-laqgħa tat-Tlieta nkludiet ukoll żewġ tiġrijiet normali tal-klassi Premier fuq distanza ta’ 2140m. Fl-ewwel waħda, Ulysse Du Bouchet (Paul Galea) ha t-tielet rebħa tas-sena wara li fl-aħħar metri xejjen l-isfida ta’ Crack Du Tillet (Andrew Farrugia). Vakato (Chris Grech) temm it-tielet minn Amour Du Loup (Rodney Gatt). Fit-tieni waħda, Bara Min (Redent Magro) kienet il-ħin kollu quddiem u ħadet l-ewwel rebħa fi xtutna faċilment minn Castle Rose (Marco Debono) u d-debuttant Albanien (Ian Galea). Sangria Knight (Mario Falzon) daħal warajhom f’dik l-ordni.
Ir-riżultati kollha
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Frimeur Pipol (D. C. Galea) Ħin – NTR 2. Echo De Chanteins (N. Baldacchino) 3. Zenit Karsk (C. Vassallo) 4. Dakota Atout (J. Gafa’)
II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Exquise d’Eurvad (R. Gatt) Ħin – 2.48.7” (1.18.8”) 2. Alsace In (J. Zammit) 3. Trazom (W. Cutajar) 4. Rasputin LG (P. Galea)
III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Espoir De Fleury (R. Gatt) Ħin – 2.48.3” (1.18.6”) 2. Mr Planner (J.P. Polidano) 3. All Cash (L. Tanti) 4. Gathania (C. Mercieca)
IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Collins De Bucy (R. Gatt) Ħin – 2.47.2” (1.18.1”) 2. Amour De Feline (N. Baldacchino) 3. Coucou Mon Neveu (J. Gafa’) 4. Henrik Ibsen A.T. (P. Bonello)
V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Duc d’Haufor (R. Magro) Ħin – 2.43” (1.16.3”) 2. Ellipsis AM (R. Gatt) 3. Cedar Keryvon (Sh. Portelli) 4. Blue Night (R. Schembri)
VI Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Ulysse Du Bouchet (P. Galea) Ħin – 2.42.4” (1.15.9”) 2. Crack Du Tillet (A. Farrugia) 3. Vakato (Ch. Grech) 4. Amour Du Loup (R. Gatt)
VII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Cesar Du Buillon (R. Gatt) Ħin – 2.46.4” (1.17.7”) 2. Black Sky (P. Galea) 3. Veaulnes (N. Baldacchino) 4. Secret Avenue (M. Fenech)
VIII Tiġrija. Finali Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Julio De Luxe (R. Gatt) Ħin – 2.41.6” (1.15.5”) 2. Balthazar Maza (C. Borg) 3. Eagle B Butcher (J. Gafa’) 4. Eurythmic Sisu (K. Sciberras) 5. Corky Ramirez (P. Galea)
IX Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Bara Min (R. Magro) Ħin – 2.44.8” (1.17”) 2. Castle Rose (M. Debono) 3. Albanien (I. Galea) 4. Sangria Knight (M. Falzon)
X Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. New Moon Pellini (J. Gafa’) Ħin – 2.47” (1.18”) 2. Paradox (N. Baldacchino) 3. Vieux Lille (E. Bezzina) 4. Cadumroc (C. Degiorgio)
//= $special ?>