Uffiċjal tal-Pulizija qal li l-Inkjesta Maġisterjali dwar il-kuntrabandu taż-żejt għadha pendenti. L-Ispettur James Turner li kien qed jixhed fil-kumpilazzjoni tal-provi kontra Shawn Higgins li jinsab akkużat li ffaċilita l-ħasil tal-flus għall-kapijiet tiegħu li wkoll għaddejin proċeduri fil-Qorti.
Dawn il-persuni, l-kummerċjant tal-fjuwil Gordon Debono u martu, Yvette, li allegatament permezz tar-rwoli tagħhom bħala Diretturi ta’ 11-il kumpanija, li kollha ġew elenkati bħala akkużati u kellhom ordni ta’ ffriżar imposti fuqhom
F’seduta preċedenti, il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras semgħet kif Higgins sarraf madwar €6.2 miljun f’ċekkijiet li nħarġu f’ismu. Il-flus ġew iddepożitati fil-kontijiet bankarji ta’ Petroplus, il-kumpanija li għaliha kien jaħdem.
Turner qal li l-investigazzjoni bdiet meta l-Pulizija bdiet tħares lejn il-kuntrabandu possibbli tal-fjuwil u l-evażjoni tat-taxxa. Tenna li Inkjesta Maġisterjali għadha pendenti.
Fi tmiem is-seduta, il-Qorti laqgħet it-talba ta’ Higgins għall-pleġġ fuq depożitu ta’ €12,000 u garanzija personali ta’ €48,000. Huwa ġie ordnat ukoll jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija darbtejn kuljum u jkun id-dar bejn id-9pm u s-7am.
L-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia dehru għal Higgins. L-Ispetturi Joseph Xerri, Omar Caruana u James Turner qed imexxu l-Prosekuzzjoni, flimkien mal-avukati Elaine Mercieca u Cinzia Azzopardi Alamango mill-uffiċċju tal-AG.
//= $special ?>