Tliet Pulizija Franċiżi sfaw maqtula u r-raba’ wieħed qed jissielet għal ħajtu wara li l-uffiċjali kienu fuq xogħolhom u marru f’residenza privata wara li ntalbet l-għajnuna tagħhom.
Xi persuni talbu l-għajnuna tal-Pulizija fuq każ ta’ vjolenza domestika fil-villaġġ ta’ Puy-de-Dome fiċ-ċentru ta’ Franza meta l-aggressur fetaħ in-nar fuq l-uffiċjali, fejn qatel tlieta fil-post u darab ieħor.
Il-Pulizija maqtula kellhom 21, 37 u 45 sena.
L-aggressur, raġel ta’ 48 sena, ħarab mill-post, iżda nstab mejjet ftit wara.
Il-mara spiċċat tfittex il-kenn fuq il-bejt ta’ darha stess wara li żewġha attakkaha.
//= $special ?>