Żagħużugħ ta’ 17-il sena li joqgħod il-Birgu, ġie arrestat b’rabta ma’ serqa minn ħanut fi Triq l-Oratorju, Bormla.
Ir-raġel armat b’arma taqta u bil-ponta, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera; mara ta’ 36 residenti l- Fgura. Hu ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
F’inqas minn 24 siegħa wara li seħħet is-serqa, investigazzjonijiet mill-Pulizija tal-Iskwadra tar-Reati Maġġuri u tad-Distrett wasslu biex jiġi identifikat l-allegat ħalliel.
Hu ġie arrestat fil-Birgu stess. Iż-żagħżugħ mistenni jitressaq il-qorti llum f’12.00 quddiem il-Maġistrat talGħassa Dr Natasha Galea Sciberras LL.D
//= $special ?>