Żagħżugħ inżamm taħt arrest preventiv wara li ammetta li żamm kontra l-volontà tiegħu mpjegat ta’ ħanut b’sikkina u li seraq b ’€ 200 fi flus kontanti. Iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena, li ismu ma jistax jiġi ppubblikat b’ordni tal-Qorti peress li għadu minuri, ammetta li wettaq is-serqa b’sikkina f’Bormla.
Huwa nsista fuq l-ammissjoni tiegħu anke meta l-Maġistrat Natasha Galea Sciberras wissietu li jista’ jkun li jmur il-ħabs għar-reat. Huwa ġie akkużat ukoll li kkommetta r-reat matul it-terminu operattiv ta’ ordni ta’ probation kif ukoll li kiser il-kundizzjonijiet ta’ rilaxx preċedenti.
Iż-żagħżugħ, li joqgħod il-Birgu, ġie arrestat tard it-Tlieta minn uffiċjali mit-Taqsima tar-Reati Maġġuri u l-Pulizija tad-Distrett, ġurnata wara li ġiet irrappurtata s-serqa.
Il-Qorti semgħet kif iż-żagħżugħ daħal fl-għassa tal-Pulizija ma’ ommu u qal lill-Pulizija li hu kien dak li seraq minn ħanut fi Triq l-Oratorju, Bormla t-Tnejn filgħaxija wara li hedded lil peruna li kienet fil-ħanut ta’ 36 sena, b’arma.
Il-Maġistrat Galea Sciberras ordnat li jisr rapport minn Uffiċjal tal-Proabtion tiegħu qabel qabel ma hija tagħti s-sentenza u ħalliet il-każ sa Jannar. L-Ispetturi tal-Pulizija Lydon Zammit, Stephen Gulia u Darren Buhagiar mexxew il-Prosekuzzjoni filwaqt li l-Avukat Josette Sultana dehret għaż-żagħżugħ.
//= $special ?>