Lokali

“Aktar faċli tattaka lill-midja, milli taffaċċja l-fatti”

Il-problema ewlenija ta’ Rosianne Cutajar mhix biss li wettqet l-azzjoni li wettqet… imma li għamlet dan meta hi wara kollox għandha rwol politiku. U issa, wara dak żvelat, il-midja qed tkun fil-mira tal-attakki tal-Prim Ministru.

Hekk stqarr l-editorjal tal-Malta Today fejn kritika l-azzjoni ta’ Robert Abela, li ghalih qisu kollox xejn mhu xejn… bil-Prim Ministru jakkuża lil ħaddiehor, inkluż lill-midija li qed tagħmel ħsara lill-inkjesta pubblika dwar assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia…dan meta kulħadd jaf li kien Abela stess li attakka l-Inkjesta Pubblika.

L-istess editorjal ifakkar fl-allegazzjoni li Rosianne Cutajar kienet għamlitha ta’ sensara għal Yorgen Fenech ….meta kien diġà magħruf li hu kien s-sid ta’ 17 Black, u sa dak iż-żmien ukoll kien shareholder tal-kumpanija Electrogas, bi sħab mal-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-PM Keith Schembri. L-Editorjal kompla li Cutajar trid terfa’ r-responsabbiltà politika, u tal-anqas tirriżenja sakemm tnaddaf isimha… u ntqal li n-nuqqas ta’ azzjoni ta’ Robert Abela ma tirriflettix il-mod li bih kien mexa fil-konfront ta’ Justyne Caruana, fejn kienet ġiet imġiegħla tirreżenja.