Fl-aħħar sigħat tilfu ħajjithom żewġ persuni oħra bil-COVID-19 f’pajjiżna biex s’issa din il-pandemija ħadet il-ħajja ta’ 203 persuna f’Malta u f’Għawdex.
Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 82 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fid-19 ta’ Diċembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei. Fit-tieni każ, anzjana ta’ 86 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-13 ta’ Diċembru, mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Skont l-aħħar aġġornament fuq Facebook, il-Ministeru tas-saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna rreġistra 70 każ ġdid ta’ Coronavirus filwaqt li fiequ 130.
Sa mill-bidu tal-pandemija f’pajjiżna rajna aktar minn 12,000 każ. L-ammont ta’ dawk li fiequ jammonta għal 10,423.
Bħalissa f’pajjiżna hawn total ta’ 1,436 każ pożittiv.