Futbol Sport

Floriana jaċċettaw l-ittra tar-riżenja tal-kowċ Enzo Potenza

(Ritratt: Trevor Sollars)

Fl-aħħar sigħat, il-kumitat ta’ Floriana aċċetta l-ittra tar-riżenja tal-kowċ Enzo Potenza. Din l-aħbar kienet żvelata mill-paġna ta’ Replay fejn fl-aħħar jiem il-kowċ Taljan kien ta r-riżenja tiegħu minn kowċ ta’ Floriana.

Fl-aħħar erba’ partiti Floriana sofrew tliet telfiet bl-unika rebħa tasal fid-derby kontra Valletta. Floriana li huma ċ-champions renjanti tal-Kampjonat BOV Premier fil-preżent jinsabu fl-għaxar post tal-klassifika b’16 -il punt minn tnax-il partita.

Potenza wasal f’pajjiżna fl-istaġun 2018/19 fejn kien issieħeb ma’ Senglea qabel ma’ fl-istaġun ta’ wara inaqgħad ma’ Floriana fejn magħhom rebaħ il-kampjonat wara 26 sena.