Lokali

“Ibqgħu segwu d-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa” – Bernard Grech

Il-Kap tal-PN Bernard Grech appella biex “kulħadd ikompli jsegwi d-direttivi tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, partikolarment f’dawn iż-żminijiet ta’ festi.” Hu saħaq li għandna nibqgħu f’kuntatt mal-għeżież tagħna permezz tat-teknoloġija u nibżgħu għal xulxin.

Bernard Grech qal dan wara li hu l-mara tiegħu AnneMarie ġew infurmati li studenta u LSE fl-iskola li fiha tgħallem AnneMarie rriżultaw pożittivi għall-COVID-19.

Minħabba f’hekk, fuq struzzjonijiet tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, Il-Kap tal-PN u l-mara tiegħu ser ikunu qegħdin fi kwarantina mandatorja sa nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Jannar.

Minħabba f’dan, il-preżenza fiżika tagħhom f’dawn il-jiem ta’ festi ġiet sospiża għalkemm ser titkompla b’mod virtwali.