Għal Bernard u Annmarie Grech, dan il-Milied se jkun aktar specjali mis-soltu. Dan hekk kif maghhom se jkollhom għadd ta’ tfal li se jieħdu l-okkażjoni jistaqsu mistoqsijiet lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista u l-mara tiegħu… fi programm speċjali li se jkun qed jixxandar fuq NET Television.
Lejlet dan il-programm, NET News staqsa lil Bernard u lil AnneMarie Grech x’qed jistennew min dan il-programm.
Dan filwaqt li Annemarie Grech stqarret maghna li hi ppreparata għall-mistoqsijiet kreattivi tat-tfal dwar ħajjithom ta’ kuljum.
Net News tkellem ma’ Mark Azzopardi, li ser ikun qed imexxi din l-intervista fejn spjega x’ser ikunu qed jistennew it-telespettaturi.
Għaldaqstant, l-appuntament hu għal għada – Jum il-Milied – fuq NET Television biex tiskopru aktar dwar ħajjet din il-koppja, li llum żgur daħlet f’qalb eluf ta’ Maltin u Għawdxin.