Lokali

“Inħarsu lejn is-sena l-ġdida b’tama kbira” – L-Arċisqof ta’ Malta

Charles J. Scicluna jagħti l-awguri tiegħu għall-Milied

“Fis-sena li ġejja, li lkoll qed inħarsu lejha b’tama kbira, hemm bżonn li nkunu xhieda — bħalma għamilna f’dawn l-aħħar xhur — tal-għożża li għandna għal xulxin. Hemm bżonn nikkoperaw mal-awtoritajiet tas-saħħa għax din hija espressjoni tal-imħabba konkreta.”

Kien dan il-messaġġ ewlieni tal-Arċisqof ta’ Malta, Charles J. Scicluna għall-awguri lin-Nazzjon lejliet il-Milied fejn fost il-kuraġġ għat-tama, komplaa jħeġġeġ biex kull min jista’ jieħu l-vaċċin għandu jieħdu għaliex b’hekk nipproteġu mhux biss lilna nfusna imma anke lil dawk ħutna li minħabba ċirkustanzi differenti ma jistgħux jieħdu l-vaċċin.

L-Arċisqof ta’ Malta rringrazzja x-xogħol siewi li għamlu l-frontliners kollha matul din is-sena, sena li kienet xhieda sabiħa ta’ mħabba minkejja ż-żmien diffiċli li ġabet magħha.