Lokali

Jinstab qawwi u sħiħ ir-raġel li kien irrapurtat nieqes

Aġġornata: Walid Farhud instab qawwi u sħiħ!

Il-Pulizija nfurmat dan fi stqarrija filwaqt li rringrazzjat lill-pubbliku għall-għajnuna li ġiet provduta.

Iktar kmieni llum:

Walid Farhud, raġel ta’ 20 sena ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija wara li għall-aħħar jiem ma deherx minn dawk qrib tiegħu.

Hu deher l-aħħar liebes flokk abjad u blu, ġakketta blu, qalziet iswed u żarbun abjad.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 jew fuq in-numru 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.