Internazzjonali

Jintlaħaq qbil bejn l-UE u r-Renju Unit

L-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit laħqu qbil, ftehim kummerċjali, li tant kien mistenni issa ntlaħaq ftit jiem biss qabel l-iskadenza…

It-trattat se jidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2021 u d-dettalji dwar x’jikkonsisti dan id-deal se jinħarġu tul konferenza tal-aħbarjiet li se tkun indirizzata mill-PM Brittaniku Boris Johnson.

Dan il-ftehim ifisser li ġew fi tmiemhom disa’ xhur ta’ negozjati li f’ħinijiet minnhom kienu kkaratteriżżati minn tensjoni u nuqqas ta’ qbil bejn iż-żewġ naħat.

Intant fi stqarrija l-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew qal li jinsab sodisfatt li kemm l-Unjoni u kif ukoll ir-Renju Unit laħqu qbil wara xhur twal ta’ diskussjoni. Huma rringrazzjaw fost l-oħrajn lil Michel Barnier għall-isforzi li wettaq fl-aħħar xhur biex seta’ jsir dan it-trattat.

Aktar dettalji ‘l quddiem.