Lokali Turiżmu

Lejliet Milied differenti f’normalità ġdida

Lejliet il-Milied – ġurnata speċjali għal ħafna – ġurnata normalment iktar impenjattiva għal dawk li jaħdmu fis-settur tal-catering u dak turistiku – din is-sena għal kollox differenti.

Net News illum żar lukanda ewlenija f’San Ġiljan fejn rajna l-andament tax-xogħol li deher kien iktar kwiet mis-soltu.

Għalkemm wieħed seta’ jinnonta ħafna inqas attività mis-soltu, numru ta’ persuni li jiffrekwentaw din il-lukanda għażlu li jqattgħu l-aħħar ftit sigħat qabel il-milied jagħmlu xi ftit eżerċizzju jew jirrilassaw ma’ dawk l-aktar qrib tagħhom.