Lokali

Rigali lil dawk fil-bżonn mill-POU, iżda kien hemm tfajjel ċkejken xi jrid?

It-tfajjel fost l-oħrajn jixtieq li missieru jirritorna d-dar mill-isptar u jfieq

Il-Police Officers Union għal dan iż-żmien tal-Milied għenet lil żewġ entitajiet li bħal dejjem ikollhom ħafna bżonn t’għajnuna, dawn huma l-Food Bank u Dar Arka.

Madanakollu dis-sena il-POU għenet ukoll familja fil-bżonn, u waqt l-istess żjara bl-innoċenza kollha tifel seraq ix-xena kollha. Il-Union infatti ddeskriviet ix-xena bħala waħda li tmisslek qalbek, hekk kif iben ċkejken ta’ din l-istess familja ħejja din l-ittra lil Missier il-Milied.

Il-POU qed tappella lill-pubbliku biex kull min jista’ jaqta’ xi xewqa ta’ din il-familja, jagħmel kuntatt magħhom fuq din il-paġna: https://www.facebook.com/POUMalta/

Il-Union tal-Pulizija għal dan iż-żmien ta’ festi appellat għall-kawtela u l-prudenza, mhux biss għas-sitwazzjoni kurrenti tal-imxija, iżda wkoll għas-sewqan f’dan il-perjodu. Il-membri tal-Union awguraw ukoll il-Milied u s-Sena t-tajba lil kulħadd.